Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, aktar magħrufa bħala Ir-Renju Unit huwa pajjiż sovran li jinsab fil-Majjistral tal-Ewropa ħdejn l-Ewropa Kontinentali. Ir-Renju Unit jinkludi l-gżira tal-Gran Brittanja u l-parti tal-Grigal tal-gżira tal-Irlanda u ħafna gżejjer żgħar oħra. L-Irlanda ta' Fuq hija l-unika parti tar-Renju Unit li għandha fruntieri ma' pajjiż barra mi…
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, aktar magħrufa bħala Ir-Renju Unit huwa pajjiż sovran li jinsab fil-Majjistral tal-Ewropa ħdejn l-Ewropa Kontinentali. Ir-Renju Unit jinkludi l-gżira tal-Gran Brittanja u l-parti tal-Grigal tal-gżira tal-Irlanda u ħafna gżejjer żgħar oħra. L-Irlanda ta' Fuq hija l-unika parti tar-Renju Unit li għandha fruntieri ma' pajjiż barra mir-Renju Unit. L-Irlanda ta' Fuq taqsam il-gżira tal-Majjistral mar-Repubblika tal-Irlanda. Ir-Renju Unit huwa imdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Baħar ta' Fuq, il-Fliegu tal-Manika, il-Baħar Ċeltik u l-Baħar Irlandiż. L-ikbar gżira, il-Gran Brittanja għandha aċċess għal Franza permezz ta' kanal taħt il-Manika.